Dwar l-Użu tal-Cookies

Il-Ministeru huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-Cookies meta żżur din il-websajt. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex volontarjament permezz tal-formoli online.

 
X’inhu Cookie?
 
Cookie hija biċċa żgħira ta’ dejta li websajt titlob lill-browser tiegħek biex jaħżen bħala kordi tat-test fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jgħixu fuq il-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħu awtomatikament wara li tiskadi id-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.
  
Liema tipi ta’ cookies tuża din il-websajt?
 
 Din il-websajt tagħmel użu miż-żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:
  
Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ din il-websajt. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il browser.
  
Cookies limitati ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet għajr dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi f’dan il-websajt huwa ristrett u permess biss għall-iskop ta’ qsim soċjali (jippermettilek taqsam l-artikli tagħna permezz tan-netwerks varji tal-midja soċjali) u meta ndaħħlu kontenut fuq il-paġni ta’ dan il-websajt minn websajts oħra ta’ partijiet terzi.
  
Kif nista’ nħassar jew ineħħi l-cookies?
 
Jekk il-browser tiegħek MHUX konfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura l-browser tiegħek manwalment biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ din il-websajt. Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tagħmel is-settings tal-konfigurazzjoni meħtieġa billi żżur is-sit li ġej: http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/
 
 Li tiddiżattiva l-cookies ta’ din il-websajt ma jaffettwax l-esperjenza ta’ browsing tiegħek.