Postijiet Storiċi
Akwadott
L-Akwadott ta’ Għawdex inbena mill-Ingliżi bejn l-1839 u l-1843 biex jittrasporta l-ilma minn Għar Ilma fil-limiti ta’ Kerċem sar-Rabat. Inbena ġibjun ġewwa l-foss taċ-Ċittadella biex jaħżen l-ilma. Inbena obelisk ħdejn il-ġibjun biex ifakkar il-ftuħ tal-akwadott. L-akwadott eventwalment ingħalaq u ġie mibdul b’sistema ta’ pajpijiet u pompi elettriċi. L-akwadott issa jinsab fi fdalijiet, iżda xi wħud mill-arkati għadhom wieqfa.